INTERVISTA MA’ KARL IZZO – IL-KOWĊ TAS-SENA 2015

07.03.2016

“Nistgħu nissieltu biex inkunu n-numru 8 fl-Ewropa”

Karl Izzo, hu bla dubju wieħed mill-aktar sportivi tal-mument hekk kif mexxa lit-tim Nazzjonali Malti tal-Waterpolo għal kwalifikazzjoni storika għal kampjonati Ewropej lejn l-aħħar ta’ Settembru tas-sena li għaddiet u eventwalment spiċċa fil-15-il post fost il-krema tal-Ewropa b’diversi prestazzjonijiet pożit- tivi fil-fażi finali f’Jannar li għadda ġewwa Belgrad.

Izzo twieled fis-26 ta’ Frar tal-1969 u beda jilgħab il-Waterpolo ta’ 12-il sena. Hu kompla jilgħab tant li rnexxilu jagħmel id-debutt mal-kbar fl-1985 bil-karriera tal-kowċing tiegħu tibda fl-2001. Karl Izzo rebaħ ukoll għat-tielet sena konsekuttiva l-unur tal- aħjar kowċ tas-sena.




X’ifisser li terġa’ tirbaħ il-kowċ tas-sena?

Hu unur li jimlini b’ferħ kbir u tgħin ukoll għal kurrikulu tiegħi. Li tirbaħ il-kowċ tas-sena tliet darbiet hu forma ta’ rikonoxximent li jingħata mill-ġurnalisti lilek hu napprezza.

Kif bdejt u kemm ilek tikkowċja?

Kien Brian Schembri li ħajjarni biex nibda nikkowċja mal-grupp ta’taħt il-15-il sena ta’ San Ġiljan u wara sentejn kien kel- limni Lolly Psaila biex ningħaqad ma’ Neptunes bħala Direttur Tekniku u Assistent Kowċ tat-tim tal-kbar. Ma’ Neptunes għamilt seba’ snin u wara mort assistent kowċ ma’ Marco Risso ma’ San Ġiljan u assistent kowċ ma’ Sirens. Wara dawn l-esperjenzi mexxejt lit-tim tal-kbar ta’ San Ġiljan biex issa ili madwar tliet snin mat-tim Nazzjonali.

Read Full Interview